Latest Past Events

Inpinġu Kontra l-Marina

Marsaskala Playground VH76+7QQ, Marsaskala

LE għall-Yacht Marina f'Marsaskala!  Il-ġlieda mhix se tieqaf hawn, il-protesta tkompli. Ingħaqad mar-residenti ta’ Marsaskala biex nagħmlu banners li jgħidu LE GĦALL-MARINA biex jiddendlu mill-gallariji jew biex nużawhom waqt il-protesti. Tista’ ġġib xi liżar qadim u tagħmel il-banner tiegħek stess, imma se jkun hemm ukoll ftit li se jingħataw lil min iridhom.  It-tfal jistgħu iġibu […]

Free

LE għall-Yacht Marina f’Marsaskala – Protesta

Marsaskala Playground VH76+7QQ, Marsaskala

Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Awwissu fis-6:30pm, flimkien mar-residenti tal-lokalità, se niltaqgħu ġewwa Marsaskala għal protesta kontra l-pjanijiet ta’ Transport Malta għall-bini ta’ Yacht Marina.  Dawn il-pjanijiet tħejjew mingħajr ebda konsultazzjoni u se jagħmlu ħsara kbira lir-raħal, lil Malta u lill-ambjent naturali tagħna.  Is-serq ta’ bajja u xtajta pubblika minn mijiet ta’ jottijiet se jservi biss […]

Free

Konferenza Stampa – Tifgawx Marsaskala!

Marsaskala Playground VH76+7QQ, Marsaskala

LE għall-Yacht Marina f'Marsaskala!  Transport Malta għadha kemm ħarġet sejħa għall-bini ta’ Yacht Marina f’Marsaskala. Il-pjanijiet proposti ser joħonqu l-bajja kollha u jifgaw il-madwar. Matul din il-Konferenza Stampa, ir-residenti ta’ Marsaskala, għaqdiet Skalin u l-Moviment Graffitti ser jispjegaw għaliex dan il-proġett huwa oxxenità kbira li jistħoqqlu kull oppożizzjoni. Ser jitħabbru wkoll il-passi li jmiss sabiex […]

Free