Moviment Graffitti logo
Loading Events

Events

One Year of Genocide

It has been one year of genocide in Gaza and 76 years of relentless oppression by Israel against the Palestinian people.

The complicity of many Western countries in Israeli atrocities has allowed this unbearable situation to deteriorate further. Israel has now intensified its brutal aggression against the Lebanese people, who have long endured the brunt of Israel’s terror and colonial ambitions.

On Sunday, 6th October, we will gather in Parliament Square, Valletta, to express our outrage at this unspeakable injustice. We aim to continue participating in the global movement of solidarity with the Palestinian people and all those targeted by Israeli violence and oppression.

Over the past year, more than 42,000 Palestinians have been massacred in Gaza, mostly children and women, while the rest of the population faces starvation and disease. In the occupied West Bank, Israeli settler attacks on Palestinians have greatly intensified, and Israeli occupation forces have escalated their deadly assaults on villages, refugee camps, journalists, and activists.

From the outset, the state of Israel has had a clear project to expel Palestinians from their land in order to colonise it. For Palestinians, this has meant 76 years of occupation, apartheid, and regular massacres.

However, it has also meant 76 years of Palestinian resistance and a global struggle for the liberation of Palestine. We will continue to stand with the Palestinian people in their pursuit of justice and freedom.

Join us on Sunday, 6th October, at 3 pm.

FREE PALESTINE 🇵🇸 🇵🇸

[Illustration by Dina Fawakhiri from the Free Palestine Project – https://freepalestineproject.com]

******

Għaddiet sena ta’ ġenoċidju f’Gaża u għaddew 76 sena ta’ oppressjoni ħarxa mill-Iżrael fuq il-poplu Palestinjan.

Il-kompliċità ta’ ħafna pajjiżi tal-Punent fl-atorċitajiet Iżraeljani ħallew din is-sitwazzjoni tal-waħx tmur mill-ħażin għall-agħar. L-Iżrael issa intensifika l-aggressjoni brutali tiegħu kontra l-poplu Libaniż, li ilu għal żmien twil iġarrab it-terrur tal-ambizzjonijiet kolonjali Iżraeljani.

Nhar il-Ħadd 6 ta’ Ottubru ser niltaqgħu quddiem il-Parlament, fil-Belt Valletta, sabiex nesprimu r-rabja tagħna lejn din l-inġustizzja bla qies. L-għan tagħna huwa li nkomplu nkunu parti mill-moviment dinji ta’ solidarjetà mal-Palestina u ma’ dawk kollha fil-mira tal-vjolenza u l-oppressjoni Iżraeljana.

Matul din l-aħħar sena, 42,000 Palestinjan safa’ immassakrat f’Gaża, l-iktar tfal u nisa, filwaqt li l-bqija tal-popolazzjoni qiegħda tmut bil-ġuħ u bil-mard. Fix-Xatt tal-Punent okkupat, l-attakki tal-insedjamenti Iżraeljani żdiedu bil-kbir, u l-forzi tal-okkupazzjoni Iżraeljana eskalaw l-aggressjonijiet qattiela tagħhom fuq irħula, kampijiet tar-refuġjati, ġurnalisti u attivisti.

Mill-bidu nett, l-Iżrael kellu proġett ċar li jkeċċi l-Palestinjani minn dik l-art sabiex jeħodha hu. Għal Palestinjani, dan fisser 76 sena ta’ okkupazzjoni, apartheid u massakri.

Iżda dan fisser ukoll 76 sena ta’ reżistenza mill-poplu Palestinjan, kif ukoll sforzi globali favur Palestina ħielsa. Aħna ser inkomplu ningħaqdu f’solidarjetà mal-poplu Palestinjan u nagħtuh l-appoġġ tagħna fit-tfittxija tiegħu tal-ġustizzja u l-ħelsien.

Ingħaqdu magħna nhar il-Ħadd, 6 ta’ Ottubru, fit-3pm.

PALESTINA ĦIELSA 🇵🇸 🇵🇸

[Stampa ta’ Dina Fawakhiri mill-Free Palestine Project – https://freepalestineproject.com]