Moviment Graffitti logo

Latest News

6 YEARS. NO JUSTICE.

Today, on the sixth anniversary of Lassana Cisse’s murder, we gathered to honour his life through a football match—celebrating his love for the game and the joy he brought to those around him. 

On 6th April 2019, Lassana Cisse, a Black migrant, was brutally killed in a racist drive-by shooting allegedly carried out by two off-duty Armed Forces of Malta (AFM) soldiers. Two other migrants were injured in the attack. Six years later, justice remains denied, and racism continues to dehumanise migrant communities in Malta. 

Today, we remember Lassana and stand in solidarity with all Black and racialised people who face violence simply for existing. Lassana’s murder was not an isolated incident—it was a terrorist attack, intended to instill fear and division. The perpetrators pulled the trigger because they believed they would face no consequences. 

This was not just a case of two “bad apples.” It was the inevitable result of systemic racism that poisons:

  • Our courts 
  • Our military 
  • Our hospitals 
  • Our workplaces 
  • Our schools 

Until Malta confronts racism with the urgency and seriousness it demands, and until every racist attack is properly reported, investigated, and prosecuted, this country will never be safe for all who live here. 

We Demand: 

  1. Real accountability for Lassana’s murder and all racist violence 
  2. Institutional reform to root out racism from state structures 
  3. An end to racist rhetoric that fuels hatred and violence 

Six years is too long to wait. Justice delayed is justice denied.

6 SNIN. BLA ĠUSTIZZJA.

Illum, fl-anniversarju tas-sitt sena mill-qtil ta’ Lassana Cisse, iltqajna flimkien sabiex nonoraw ħajtu permezz ta’ logħba tal-futbol u anke niċċelebraw l-imħabba tiegħu lejn din il-logħba u l-ferħ li kien inissel qalb dawk ta’ madwaru.

Fis-6 ta’ April 2019, Lassana Cisse, raġel migrant iswed, inqatel brutalment f’attakk ta’ natura razzista drive-by allegatament sparat minn żewġ suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) li kienu barra mill-ħin tax-xogħol. Żewġ migranti oħra ndarbu waqt dan l-istess attakk. Sitt snin wara, il-ġustizzja għadha ma seħħitx, u r-razziżmu għadu jkompli jċaħħad lill-komunitajiet tal-migranti f’Malta mill-umanità tagħhom.

Illum qegħdin niftakru lil Lassana u nuru s-solidarjetà tagħna ma’ dawk li jsoffru r-razziżmu, u jħabbtu wiċċhom mal-vjolenza sempliċement għax jeżistu. Il-qtil ta’ Lassana ma kienx wieħed iżolat imma kien att terrorist, maħsub biex ixerred il-biża’ u d-diviżjoni. Dawk li qatlu ħassewhom jistgħu jagħmlu dan għax emmnu li mhux se jġarrbu l-konsegwenzi.

Dan ma kienx biss każ iżolat. Dan huwa r-riżultat inevitabbli ta’ razziżmu sistemiku li nfiltra:

  • Fil-qrati tagħna
  • Fil-militar tagħna
  • Fl-isptarijiet tagħna
  • Fil-postijiet tax-xogħol tagħna
  • Fl-iskejjel tagħna

Sakemm Malta ma tieħux ir-razziżmu bl-urġenza u s-serjetà kollha li jixraq, u sakemm ma kull attakk razzista ma jiġix irrapurtat, investigat u mħares mill-liġi kif suppost, dan il-pajjiż qatt mhu ser ikun post sigur għal dawk li jgħixu fih.

Aħna Qed Nitolbu:

  1. Responsabbiltà serja għall-qtil ta’ Lassana u għal kull att razzist
  2. Riforma istituzzjonali sabiex jitneħħa r-razziżmu mis-sistemi tal-istat
  3. Li tieqaf ir-retorika razzista li tħeġġeġ il-mibegħda u l-vjolenza

Sitt snin huma twal wisq biex tistenna. Ġustizzja mdewma. Ġustizzja mċaħħda.

Latest from our blog

Activists from several Maltese organisations are staging a solidarity action during the Malta–Israel rugby match at the Paola stadium. Last...

Today, we gathered together with Żurrieq farmers, residents, and other groups in front of the Lands Authority, where we held...

Żurrieq farmers, backed by numerous organisations and residents, have called on the Lands Authority to immediately withdraw the consent it...