Moviment Graffitti logo

Latest News

Nakba

llum il-Palestinjani jfakkru n-Nakba – il-Katastrofi – meta fl-1948 huma sfaw imkeċċija minn arthom sabiex ikun jista’ jinħoloq stat Iżraeljan. Fl-1948, il-Palestinjani kienu fil-maġġoranza assoluta f’dik l-art, u s-settlers Żionisti (persuni li jemmnu li hemmhekk għandu jkun hemm stat esklussivament Lhudi) kienu f’minoranza. Għalhekk, skont iż-Żionisti, biex seta’ jinħoloq stat Iżraeljan b’maġġoranza Lhudija, il-Palestinjani kellhom bilfors jitkeċċew minn arthom.

U hekk ġara.


Militias Żionisiti, bi pjan li kienu ilu jiġi mħejji snin, marru fil-villaġġi u l-bliet Palestinjani, qatlu mijiet, ħarqu djar u keċċew ‘il fuq minn 700,000 elf Palestinjan minn arthom. Dawn, sal-lum il-ġurnata, għadhom rifuġjati.

Iżda fl-1948 l-Iżrael ma rnexxilux jkeċċi lill-Palestinjani kollha, u lanqas jieħu l-art kollha li ried jieħu. Għalhekk, minn dak iż-żmien ‘l hawn baqgħet il-missjoni tal-istat Iżraeljani li jagħmel il-ħajja tal-Palestinjani miżerja, li joqtol u jkeċċi kemm jista’ jkun Palestinjani u jaħtaf kemm jista’ jkun iktar art.

U huwa propju dan li qed jiġri f’dawn il-ġranet, fejn għexieren inqatlu fl-Istrixxa ta’ Gaża. Din hija l-kontinwazzjoni tan-Nakba – il-Katastrofi – li biha il-Palestinjani qed jispiċċaw dejjem iktar maqtula u mkeċċija minn arthom, u dan bil-kompliċità attiva ta’ ħafna pajjiżi b’saħħithom madwar id-dinja.

Iżda hemm, u se jibqa’ jkun hemm, ukoll miljuni ta’ nies – u aħna fosthom – li juru solidarjetà sħiħa mal-poplu Palestinjan, li jsemmgħu leħenhom favur il-ġustizzja, u kontra l-kolonjaliżmu u l-ħruxija tal-istat Iżraeljan.

 PALESTINA ĦIELSA!


Latest from our blog

Last Tuesday, Prime Minister Robert Abela was busy titillating developers with the prospect of changes to the Local Plans that...

Today, three Gozitan NGOs — Għawdix, Din l-Art Ħelwa – Għawdex, and Wirt Għawdex — together with Moviment Graffitti stormed Fort Chambray...

Moviment Graffitti is proud to announce the launch of ‘FEJN KONTU?!’, a commemorative exhibition that marks 30 years of activism...